Dwarna
Is-soċjetà Pro Tridentina (Malta) hija soċjetà li essenzjalment tixtieq tara ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bir-Rit Tridentin fl-arċidjoċesi ta’ Malta u fid-djoċesi t’Għawdex. Dan ifisser li l-Quddies tiġi iċċelebrata skond l’hekk imsejjħa forma straordinarja tal-Quddies kif inkiteb mill-Papa Benedittu XVI fil-motu proprio Summorum Pontificum.
L-istatut tagħna fil-fatt jistqarr:
TITOLU II – NATURA U SKOP
5. Il-moviment jikseb l-ispirazzjoni kollha tiegħu minn rabta mar-Religjon Kattolika, Appostolika, u Rumana, f’kommunjoni sħiħa mal-Papa u ma’ l-awtoritajiet ekkleżjastiċi tal-gżejjer Maltin, filwaqt li l-patruni prinċipali tas-soċjetà huma San Carlo Borromeo u San Filippo Neri.
6. L-iskop ewlieni tal-moviment huwa il-promozzjoni tar-Rit Tridentin, u speċjalment iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Tridentina, kif sanċit fl-Ittra Appostolika Summorum Pontificum (2007AD) mogħtija motu proprio mil-Q.T. Papa Benedittu XVI, u dan għal għarfien aħjar tas-sagralità profonda, ir-rikkezza liturġika, u t-tradizzjonijiet kbar ekkleżjali u kulturali li jikkaraterizzaw l-imsemmi Rit Tridentin.