Pro Tridentina (Malta) - Soċjetà assoċċjata mal-Foederatio Internationalis Una Voce

Kuntatt

novembre 4, 2009

Kuntatt

Għall-kuntatt mas-soċjetà Pro Tridentina (Malta) użaw l-indirizzi elettroniċi sottostanti:

President Godwin Xuerebpresident@protridentina.org - Dwar interess fis-soċjetà u n-natura u l-iskop tagħha, jew tingħadda kwalunkwe informazzjoni jew sostenn rilevanti għas-soċjetà.

Segretarju Ġenerali Edric Micallef Figallosegretarju@protridentina.orgDwar involviment fl-istrutturi tas-soċjetà jew tesserament fl-istess.

Pro Tridentina

Dwarna

Tags: , , , ,

Is-soċjetà Pro Tridentina (Malta) hija soċjetà li essenzjalment tixtieq tara ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bir-Rit Tridentin fl-arċidjoċesi ta’ Malta u fid-djoċesi t’Għawdex. Dan ifisser li l-Quddies tiġi iċċelebrata skond l’hekk imsejjħa forma straordinarja tal-Quddies kif inkiteb mill-Papa Benedittu XVI fil-motu proprio Summorum Pontificum.

L-istatut tagħna fil-fatt jistqarr:


TITOLU II – NATURA U SKOP

5. Il-moviment jikseb l-ispirazzjoni kollha tiegħu minn rabta mar-Religjon Kattolika, Appostolika, u Rumana, f’kommunjoni sħiħa mal-Papa u ma’ l-awtoritajiet ekkleżjastiċi tal-gżejjer Maltin, filwaqt li l-patruni prinċipali tas-soċjetà huma San Carlo Borromeo u San Filippo Neri.

6. L-iskop ewlieni tal-moviment huwa il-promozzjoni tar-Rit Tridentin, u speċjalment iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Tridentina, kif sanċit fl-Ittra Appostolika Summorum Pontificum (2007AD) mogħtija motu proprio mil-Q.T. Papa Benedittu XVI, u dan għal għarfien aħjar tas-sagralità profonda, ir-rikkezza liturġika, u t-tradizzjonijiet kbar ekkleżjali u kulturali li jikkaraterizzaw l-imsemmi Rit Tridentin.


Biex tinforma ruħek aktar, biex turi interess ħa tipparteċipa fis-soċjetà jew għal kwalunkwe mistoqsija ikteb lil President tal-Pro Tridentina (Malta), is-sur Godwin Xuereb, billi tibgħat ittra elettronika fl-indirizz president@protridentina.org.

Pro Tridentina (Malta) hija membru tal-Foederatio Internationalis Una Voce (Federazzjoni Internazzjonali Una Voce)

English

Pro Tridentina (Malta) is a member of FIUV

Tags: ,

We would like to inform the public that Pro Tridentina (Malta) is officially a member of the Foederatio Internationalis Una Voce (FIUV).

In fact, our website is listed in their links section in relation to World Wide Member Associations.

Here are the relevant links:

http://www.fiuv.org

http://www.ifuv.org/links_leken.html

English

luglio 1, 2009

English

The site administration is in the process of preparing a brief informative page in English.


In the meantime for any information on this Maltese society, please send an email to our President Godwin Xuereb at president@protridentina.org.

Pro Tridentina

Summorum Pontificum u l-ittra Papali lill-Isfqijiet – Bil-Malti

Għall-benefiċċju tas-soċi tagħna u tal-qarrejja ta’ dan is-sit, qed nipprovdu l-ittra appostolika Summorum Pontificum mogħtija motu proprio mill-Papa Benedittu XVI, flimkien ma’ l-ittra li l-istess Papa bagħatt lill-Isfqijiet biex jispjega aħjar ir-raġunijiet wara l-istess Summorum Pontificum.


Iż-żewġ dokumenti jinstabu fil-kollegamenti t’hawn taħt u huma f’format .pdf.


Summorum Pontificum bil-Malti


Ittra lill-Isqfijiet

Manutenzjoni

giugno 20, 2009

Dan is-sit għadu qed jitlesta

Dan is-sit għadu qed jitlesta, niskużaw ruħna ta’ l-inkonvenjenza.